L-akbar kmandament għal Ġesù huwa l-Imħabba. Xejn ma jista’ jkun iktar importanti milli tħobb lil Alla fuq kollox u tħobb lill-oħrajn bħalma tħobb lilek nnifsek. Dan il-kmandament joffrilna sfida kbira għaliex għakemm jista’ jkun faċli li bil-kliem ngħidu li aħna nħobbu lil Alla imma kemm verament inħobbuh bil-fatti?
Nistgħu nkejlu kemm hi kbira l-imħabba tagħna lejn Alla billi nagħrfu kemm inħobbu bil-fatti lill-proxxmu tagħna. Il-proxxmu ma jinkludix biss lin-nies li nafu u li nħobbu imma lil kulħadd. Jinkludi dawk ta’ razez, reliġjonijiet jew familji differenti minn tagħna, inkluż dawk li diffiċli biex nuruhom imħabba.
l-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Ċentigradi ta’ mħabba u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb meta inti ħabbejt mingħajr ma stennejt xejn lura jiġifieri wkoll lejn dawk li weġġgħu lilek jew lil xi ħadd għażiż għalik.
Pawża.
Aħseb fl-inqas persuna li tħobb u fuq il-karta forma ta’ termometru mmarka kemm taħseb li tħobb lil din il-persuna. Wara, ħares lejn il-marka tiegħek. Din il-marka turi kemm inti fil-verità tħobb lil Alla.
Issa kompli billi titkellem ma’ Alla dwar iċ-ċentigradi ta’ mħabba li qed tagħti lil Alla waqt li tkun qed tħobb lill-proxxmu tiegħek.