Dar tal-kartun

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għan-nies li m’għandhomx dar

Aħseb f’nies li m’għandhomx dar u m’għandhomx fejn jorqdu bil-lejl. 

  • Idħol fil-kaxxa tal-kartun.
  • Ħu karta b’forma ta’ dar u ikteb jew pinġi talba  lil Alla għat-tfal, żgħażagħ u persuni oħra li m’għandhomx saqaf fuq rashom. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.