
Is-Slaten Maġi raw dawl qawwi u mxew warajh sakemm waslu ħdejn Ġesù. Huma kellhom fidi sħiħa f’din l-istilla. Din l-istilla kienet sinjal.
➢ Aħseb f’persuna li tatek parir tajjeb u inti ħassejtek kuntent li għamilt dak li qallek/qaltlek.
➢ Ħu stilla u ikteb talba għal din il-persuna. Wara agħtiha l-kulur.
➢ Waħħal l-istilla mas-sema.
