Hello Tfal!
Kulħadd għandu l-familja li jgħix magħha. Imma kull wieħed u waħda minna nagħmlu parti minn familja waħda kbira. U tafu x’familija hi? Din hija l-familja kbira ta’ Alla. F’din il-familja nsibu kull tip ta’ nies minn kull razza u nazzjon bħall- Maltin, Franċiżi, Niġerjani, Awstraljani u ħafna oħrajn. Kull persuna f’din il-familja kbira tuża l-abbiltajiet tagħha u tagħti sehemha biex tkun t’għajnuna għall-oħrajn. Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Familja Waħda Kbira.
Għandna bżonn:
Ħares ftit lejn il-poster/stampa ta’ individwi ta’ nazzjonijiet differenti u aħseb ftit dwar kemm hawn nazzjonijiet fid-dinja. Għażel nazzjonalita’ u ħu strixxa tal-karti. Ikteb in-nazzjonalita’ li għażilt fuq naħa, u talba jew tpinġija lil Alla biex jieħu ħsieb il-poplu tan-nazzjon li għażilt fuq in-naħa l-oħra. Għaqqad il-karta tiegħek mal-oħrajn fil-katina bl-istapler. Dan l-eżerċizzju wieħed jista’ jirrepetih meta jixtieq u fl-istess ħin jitgħallem dwar nazzjonijiet differenti fid-dinja.
Saħħa Tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu.