Kull wieħed u waħda minnha jagħmel parti minn familja waħda. Din hija l-familja kbira ta’ Alla. F’din il-familja hemm nies minn kull nazzjon bħal Maltin, Franċiżi, Niġerjani u ħafna oħrajn.
- Aħseb fin-nies taʼ xi nazzjon. Tista’ tirreferi għall-poster biex tiftakar fil-popli differenti li hawn fid-dinja.
- Ħu waħda minn dawn il-karti u fuqha ikteb talba lil Alla biex jieħu ħsieb lil dan il-poplu li int għażilt.
- Uża l-istapler biex tgħaqqad il-karta tiegħek mal-oħrajn li qed jiffurmaw katina.