Helow tfal!
Il-ħwejjeġ li nilbsu jgħidu ħafna dwarna. Jekk xi ħadd jilbes uniformi tal- pulizija, insiru nafu x-xogħol u l-passjoni tiegħu.
Fardal maħmuġ dwar il-persuna li tilbsu. Jgħidilna li min jilbsu jaħdem ħafna u xi drabi jitħammeġ ukoll waqt li jkun qed iservi lill-oħrajn u lis-sinjur tiegħu.
Fuq l-eżempu ta’ Omm Marija aħna wkoll kollha msejħin biex inħammġu l-fardal tagħna u naqdu lil Alla tagħna.
Bħal Marija nistgħu aħna wkoll ngħidu, “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek.”
Alla għandu jixtieq minna li nħobbu lil kulħadd u dejjem; bħal Marija rridu nwasslu l-aħbar it-tajba lil kulħadd u l-Ispirtu s-Santu ser jgħinna. Alla jixtieq l-imħabba tagħna billi naqdu lilu u lill-oħrajn. Jekk it-tweġiba tagħna tkun ‘Iva’ L-Imħabba ta’ Alla fid-dinja tkompli tasal għand kulħadd.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum (fimkien ma dawk li jgħixu magħna) jisimha: Fardal Maħmuġ u biex nagħmlu dan għadna bżonn:
Se nibdew billi nilbsu l-fardal tagħna jew jekk ma għandniex nistgħu niktbu isimna fuq il-karta b’ forma ta’ fardal bħala sinjal li rridu naqdu lil Alla.
Ser nkomplu dan il-mument ta’ talb billi nieħdu ftit ħin biex naħsbu dwar il-fradal tagħna. Kemm qegħdin nużawhom u kemm qed inħammġuhom waqt li nservu lil Alla u lil xulxin b’ imħabba?
Pawza ta’ 5 sekondi
Issa ser nagħlqu għajnejna u nitolbu lil Alla biex jgħinna nisimgħu l-kelma tiegħu u naqdu lilu u lil xulxin, billi npoġġu l-imħabba kull ma’ naħsbu, nagħmlu u ngħidu.
Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.