Ħelow tfal!
Qatt xtaqt li tara, li jkollok jew li tagħmel xi ħaġa li kienet kważi impossibli? L-Għid huwa żmien ta’ ferħ għaliex għal Alla tagħna xejn ma hu impossibli.
Peress li għal Alla tagħna xejn ma hu immpossibli fit-tielet Jum wara li kienu sallbuh u difnuh huwa permetta li Ġesù jqum mill-mewt. B’hekk ħelisna mill-ħakma tad-dnub u fetħilna t-triq għall-Ġenna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Fit-Tielet Jum u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi tieħu ftit ħin taħseb kemm hu kbir Alla tagħna. Tant hu kbir li fit-tielet Jum Ġesù qam mill-mewt.
Fuq wieħed mill-platti tal-karti pinġi salib u ftakar fid-dnubiet tiegħek.
Fuq il-platt l-ieħor pinġi bajda tal-Għid kbira u aħseb kif ma’ Ġesù tista’ tibda ħajja ġdida billi tħobb aktar u b’hekk tkun ‘l bogħod mid-dnubiet tiegħek.
Qasqas il-platt li fuqu hemm il- bajda tal-Għid minn nofs. Waħħel it-truf ta’dawn iż-żewġ nofsijiet bil-butterfly clips mal-platt li fuqu hemm is-salib.
Iftaħ il- bajda tal- Għid u waqt li tħares lejn is-salib għid grazzi lil Ġesù li bil- mewt u l-qamwien tiegħu inti tista’ tibda ħajja ġdida.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.