Naqraw

Ġwanni 8, 12 

12Mill-ġdid Ġesù qabad ikellimhom u jgħidilhom: “Jiena d-dawl tad-dinja. Min jiġi warajja ma jimxix fid-dlam, iżda jkollu d-dawl tal-ħajja.”

Nitolbu

Għażiż Alla, grazzi li bagħat lil Ġesù bħala d-dawl li jixgħel fil-ħajja tana u jagħtina t-tama, l-imħabba, il-ferħ u l-paċi. Għinni biex jien inkun id-dawl ta’ Ġesù għall-oħrajn, speċjalment matul ir-Randan. Ammen. 

Ngħixu

Ġesù jrid li aħna nkunu dawl għall-oħrajn. Kif nistgħu nagħmlu dan? 

Inkunu ta’ dawl għall-oħrajn meta nagħmlu għażliet tajba. B’dan il-mod inkunu ta’ eżempju tajjeb għalihom.  

Illum nagħtu eżempju tajjeb (ngħinu lill-oħrajn, naqsmu dak li għandna, ngħidu kliem sabiħ meta nitkellmu, anke dwar sħabna, inkunu ħbieb mal-oħrajn). 

Attività