Naqraw
Ġwanni 15, 1-5
1“Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. 2Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar.3Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għidtilkom.4Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija.5Jiena d-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih, dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.
Nitolbu
Għażiż Mulej, inti trid li aħna nagħmlu l-frott. Bħalma d-dielja għandna ħafna friegħi mwaħħla magħha, aħna msejħa biex nibqgħu ‘mwaħħla’ ma’ Ġesù biex inkunu nistgħu nuru ħniena, inkunu ġenerużi, u nħobbu lill-oħrajn. Għinna biex nibqgħu qrib ta’ Ġesù. Ammen.
Ngħixu
Ġesù jrid li aħna nipproduċu l-frott. Il-frott tagħna huwa meta nagħmlu dak li hu tajjeb. Dan insejħulu l-frott tal-Ispirtu; nistgħu naqraw dwaru fl-ittra lil Galatin 5, 22-23. Ftit minn dan il-frott huwa l-ħniena u ġenerożità. Kif nistgħu nuru ħniena u nkunu ġenerużi?
Illum nippruvaw li nkunu ġentili mal-oħrajn u nagħtu mill-flus tagħna għal dawk li huma fil-bżonn.
Attività