Naqraw

Ġwanni 14, 6-7  

6Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.7Kieku għaraftu lili, kontu tagħrfu wkoll lil Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi diġà rajtuh.”

Nitolbu

Għażiż Alla, għinna biex nimxu wara Ġesù kuljum, hekk kif mixjin lejn il-festa tal-Għid il-Kbir. Nafu li Ġesù huwa l-unika triq li għandna nieħdu. Għinna biex inkunu fidili għat-tagħlim ta’ Ġesù. Ammen. 

Ngħixu

Ġesù jitkellem ħafna dwar Alla l-Missier, għallimna wkoll talba li ngħidu ta’ kuljum.  

Illum nagħtu aktar mill-ħin tagħna għat-talb u niftakru ngħidu l-Missierna ta’ spiss. 

Attività