Naqraw
Mattew 21, 12-17
12Ġesù daħal fit-tempju, qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u x-xerrejja kollha li kien hemm fit-tempju, u qaleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus u s-siġġijiet ta’ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem. 13U qalilhom: “Hemm miktub li
‘Dari dar it-talb tissejjaħ’.
Intom, imma, għamiltuha għar tal-ħallelin!”
14Resqu lejh xi għomja u zopop fit-tempju, u hu fejjaqhom. 15Il-qassisin il-kbar u l-kittieba ma felħux jissaportu meta raw l-għeġubijiet li kienu qegħdin isiru u lit-tfal fit-tempju jgħajtu u jgħidu, ‘Hosanna lil Bin David!’ 16U qalulu: “Qiegħed tisma’ x’inhuma jgħidu dawn?” “Iva”, qalilhom Ġesù, “qatt ma qrajtu li
minn fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib
int ħejjejt tifħir għalik?”
17U ħalliehom hekk; ħareġ barra mill-belt, mar Betanja, u għadda l-lejl hemmhekk.
Nitolbu
Għażiż Ġesù għinni nnaddaf qalbi billi nneħħi kull ħsieb ħażin. Aħfirli meta nagħmel dak li hu ħażin, biex qalbi tkun nadifa f’dan il-vjaġġ lejn l-Għid. Ammen.
Ngħixu
Ġesù rrabja għax in-nies użaw id-dar ta’ Alla b’mod ħażin. Taħsbu li Ġesù dejjem ferħan bil-mod li nġibu ruħna fil-knisja?
Illum nagħtu ħin lil Alla, immorru l-knisja u ngħaddu ħin quddiem Ġesù Sagramentat, lil Ġesù nitolbuh jaħfrilna tad-drabi li ma ġibniex ruħna sew fil-knisja.
Attività