Naqraw
Matttew 9, 9-13
9Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. 10U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.11Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” 12Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. 13Mela morru tgħallmu x’jiġifieri, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”
Nitolbu
Ġesù sejjaħ lil Mattew u qallu, “Ejja warajja.” Għinni Mulej sabiex nisma’ dak li qed tgħidli, u b’hekk jien ukoll nimxi warajk. Ammen.
Ngħixu
Dawk li jiġbru t-taxxi kienu magħrufa għar-regħba tagħhom għall-flus. Kien jingħad li huma kienu jieħdu aktar flus milli suppost u d-differenza jżommuha għalihom! Mattew kien wieħed li jiġbor it-taxxi (hu kien pubblikan), iżda meta Ġesù staqsieh biex imur miegħu, hu ħalla kollox u mexa wara Ġesù.
Għandek xi logħba favorita jew xi libsa favorita? Tista’ tagħtiha għall-karità?
Attività