Naqraw
Mark 4, 35-41
35Kif kien għadu jitkellem, waslu xi wħud mid-dar tal-kap tas-sinagoga u lil dan qalulu: “Bintek mietet; għalfejn tħabbtu iżjed l-Imgħallem?” 36Iżda Ġesù sama’ x’kienu qegħdin jgħidu, u qal lill-kap tas-sinagoga: “Tibżax, biss inti emmen.” 37U ma ħalla lil ħadd imur miegħu ħlief lil Pietru, lil Ġakbu, u lil Ġwanni, ħu Ġakbu.38Waslu d-dar tal-kap tas-sinagoga, u ra storbju sħiħ u nies jibku u jixhru. 39Daħal, u qalilhom: “Dan l-istorbju kollu u dan il-biki għalfejn? It-tfajla mhijiex mejta, imma rieqda.”40U qabdu jiddieħku bih. Imma hu keċċiehom ilkoll ’il barra, ħa miegħu lil missier it-tfajla u lil ommha u lil dawk li kienu miegħu u daħal fejn kienet it-tfajla. 41Qabdilha idha, u qalilha: “Talitha, qum!” jiġifieri: “Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum!”
Nitolbu
Għażiż Mulej, hemm drabi meta l-ħajja tagħna tkun qisha għaddejja minn tempesta, speċjalment meta xi ħadd iweġġagħna bi kliemu jew b’dak li jagħmel. Għinni niftakar li inti qiegħed dejjem hemm biex issikket it-tempesti li ngħaddi minnhom u tagħtini l-paċi. Ammen.
Ngħixu
L-appostli beżgħu għax ma kellhomx biżżejjed fidi f’Ġesù.
Illum insumu mill-biża’ u anzjetà. Kull darba li nibżgħu jew inkunu anzjużi, ngħidu talba lil Ġesù u nispiċċaw din it-talba billi ngħidu, ‘Ġesù, jiena nafda fik.’
Attività