Naqraw

Ġwanni 10, 2 – 5, 11-14 

Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. 3Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra. 4U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.5Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx.” 6Din il-parabbola qalhielhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom biha.

11Jiena r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu.12Il-mikri, li mhuwiex ir-ragħaj, u li n-nagħaġ mhumiex tiegħu, jara l-lupu ġej, u jħalli n-nagħaġ u jaħrab; u l-lupu jaħtafhom u jxerridhom.13Mikri hu, u ma jħabbilx rasu min-nagħaġ. 14Jiena r-ragħaj it-tajjeb; jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili,

Nitolbu

Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb ta ħajtu għalina. Nirringrazzjawk tas-saċerdoti kollha li inti sejjaħt biex ikunu rgħajja fil-Knisja (tistgħu ssemmu l-parroċċa tagħkom). Dan nitolbuh f’isem Ġesù. Ammen.  

Ngħixu

In-nagħaġ jimxu wara r-ragħaj għax huma jagħrfu leħnu. Ġesù huwa r-ragħaj tagħna, għalhekk biex nimxu warajh, irridu nagħrfu leħnu. Ġesù jkellimna permezz tal-Evanġelju. 

Illum lil Ġesù nagħtuh il-ħin u nisimgħuh, billi naqraw ġrajjiet dwaru.  

Attività