Nagħġa li tisma’

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex dejjem infittxu lil Ġesù

Qatt kont f’xi ħanut kbir u bqajt tħares lejn xi ħaġa u intlift?  Xi drabi fil-ħajja nagħtu l-attenzjoni lill-affarijiet li jogħġbuna iktar milli nagħżlu dak li hu sewwa u b’hekk nintilfu. Ġesù jgħidlna li bħalma n-nagħaġ jagħrfu lir-ragħaj tagħhom hekk aħna wkoll għadna nagħrfuh u nimxu warajh.

  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar meta kont mitluf/a u għaraft li Ġesù qed jsejjaħlek.  Ġesù jsejjħilna permezz ta’ ħbieb tajba, permezz ta min jieħu ħsiebna u ankè f’qalbna.
  • Ħu karta b’ forma ta’ nagħġa, ikteb isemek fuqha u qasqas madwarha.  Qasqas żewġ ċrieki fejn tkun tista’ daħħal subgħajk.
  • Waqt li daħħal subgħajk fil-puppet tan-nagħġa itlob lil Ġesù jgħinek tisma’ l-leħen tiegħu u timxi warajh.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.