Ġustizzja

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-ġustizzja

Hello Tfal!

Madwarna, hawn nies li qed isofru xi tip ta’ inġustizzja għax hawn sitwazzjonijiet li mhumiex ġusti. Is-simbolu tal-ġustizzja huwa l-miżien. Jekk wieħed iħares lejn il-miżien jinduna li naħa minnhom hija itqal mill-oħra. Dan it-toqol jirreferi għall-affarijiet, sitwazzjonijiet li mhumiex ġusti fil-ħajja. Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Ġustizzja.

Għaliha wieħed għandu bżonn:

  • Strippi tal-karti
  • Pinna, lapes jew kuluri
  • Miżien (kull tip jgħodd) jew template ta’ miżien

Filwaqt li tħares lejn il-miżien għal ftit minuti, aħseb ftit dwar inġustizzji li naraw madwarna. Fuq strippa tal-karti ikteb azzjoni li tista’ tagħmel biex fid-dinja jkun hawn aktar ġustizzja. Poġġi l-azzjoni tiegħek fuq il-miżien. Ħu ftit ħin biex tirringrazzja lil Alla għal dawk kollha li bħalek iridu jaħdmu għall-ġustizzja fost il-popli kollha.

Saħħa Tfal!

Sakemm nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.