Din il-prayer space jisimha Ħabel ta’ Tama u għaliha għandna bżonn:
Madwar 6 biċċiet suf twal madwar 70ċm
Imqass
Ħu ftit ħin biex taħseb dwar it-talb tiegħek. It-talb huwa bħal ħabel ta’ tama bejna u bejn Alla. Hu jisma’ it-talb kollu tagħna; meta nadurawh, nfaħħruh, nirringrazzjawh, ngergru u ankè meta nitolbuh dak li neħtieġu jew nixtiequ bħalma għamlet din il-mara.
Issa, għaqqad flimkien 6 biċċiet suf u immaljahom biex tifforma bħall-ħabel żgħir.
Żomm dan il-ħabel f’ idejk u itlob lil Alla biex tiftakar ta’ spiss kemm iħobbok u jħenn għalik il-Mulej.
Ftit ħin miġburin fit-talb.
Fl-aħħar, tista’ ddawwar dan il-ħabel m’idejk biex tiftakar li f’ħajtek qatt u qatt m’għandek tieqaf titlob.
Għażiża Madonna, inti dejjem kont magħna fl-istorja ta’ Malta. In-nanniet u l-bużnanniet tagħna għadhom jirrakkuntawlna kif grupp ta’ vapuri mimlijin bl-ikel daħlu fil-Port il-Kbir fil-ġurnata tal-festa tiegħek 78 sena ilu meta kollha kienu bil-ġuħ waqt il-Gwerra.
Illum ukoll nitolbuk tkun magħna f’dawn iż-żminijiet diffiċli tal-Covid-19. Nitolbuk għal dawk in-nies kollha madwar id-dinja li qed imutu minħabba dan il-virus, għal dawk li huma morda, għal dawk li qed ibatu għax huma weħidhom jew m’għandhomx flus. Nitolbuk ukoll għat-tobba u għall-ħaddiema l-oħra kollha li jirriskjaw ħajjithom għall-oħrajn biex jagħmlu xogħlijiet importanti ħafna.
Nitolbuk tipproteġina, biex nibqgħu nieħdu ħsieb xulxin bil-kuraġġ u bil-ferħ. Nitolbuk tħares lejna, biex aħna wkoll inħobbu lil Alla b’qalbna kollha.
Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.