Ħut tajjeb

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nagħmel it-tajjeb kuljum

Is- Saltna tas-Smewwiet hi bħal xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar kull tip  ta’ ħut. Is-sajjieda jagħżlu l-ħut it-tajjeb waqt li jarmu l-ħut il-ħażin. Bl-istess  mod, Alla jixtieq li nkunu bħall-ħut it-tajjeb — nagħżlu li nħobbu u nagħmlu dak  li hu tajjeb u ġust. 

➢ Aħseb x’tista’ tagħmel jew tgħid fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum sabiex tkun tista’  tingħażel mat-tajbin — ġentili, mimli mħabba, ta’ għajnuna, ġust u qrib t’Alla. 

➢ Fuq l-stampa tal-ħut ipprovdut, ikteb xi azzjoni tajba li ġiet f’moħħok. 

➢ Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek tagħmel dawn l-azzjonijiet tajbin fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.