Waqt dan il-ħin ta’ talb, Ġesù jridnu nkunu nafu li Alla huwa ġeneruż ħafna magħna. Alla ma jħobbniex skont dak li nagħmlu. Alla jħobbna għaliex aħna uliedu. Alla jrid jħobb lil kulħadd, jiddependi minnha jekk niftħux qalbna għall-imħabba tiegħu billi nwieġbu ‘iva’ meta jsejħilna.
Alla jimxi magħna b’imħabba bla kundizzjoni ankè jekk indumu biex nwieġbu għas-sejħa tiegħu. Lest biex jagħtina dak kollu li għadna bżonn mhux biss dak li ħaqqna skont dak li nkunu għamilna.
Alla jixtieq li aħna bħalu nuru kompassjoni, nħobbu lill-oħrajn bla kundizzjoni u nifirħu bil-ġid tagħhom.
Issa ser nkomplu nitolbu billi nagħmlu l-prayer space li jisimha Ibnu u Bintu. Għal din il- prayer space għandna bżonn:
Ibda billi tieħu ftit ħin biex taħseb f’ affarijiet tajba li għamilt dan l-aħħar.
Ikteb jew pinġi ftit minn dawn l-affarijiet fuq sticky note. Kif tillesti weħħel din l-isticky note fuq wara tal- mera.
Meta tillesti ħares lejn il-mera. Ieqaf ftit u fakkar lilek nnifsek li dan hu l-mod li bih Alla jħares lejk u jħobbok. Irringrazzja lil Alla talli jħobbok għal dak li int – bħala ibnu jew bintu u mhux għal dak li kont kapaċi tagħmel.
Għażiż Ġesù, li wegħdtni li se tkun miegħi dejjem, nitolbok li llum tkun miegħi meta nkun l-iskola. Bierek il-vjaġġ tiegħi lejn l-iskola u lura d-dar. Bierek it-tagħlim tiegħi u l-logħob tiegħi. Nitolbok tgħini ma nibżax, u biex iżżommni ’l bogħod minn kull periklu. Nitolbok tagħtini ħbieb tajbin, u li tferraħni matul din il-ġurnata. U grazzi ħafna talli tħobbni. Ammen.