Naqraw
Ġwanni 19, 31-42
31Billi kien Jum it-Tħejjija tal-Għid, il-Lhud ma ridux li f’jum is-Sibt l-iġsma jibqgħu fuq is-salib, għax dak is-Sibt kien jum solenni għalihom. Talbu mela lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jneħħu l-iġsma.32Għalhekk ġew is-suldati u kisru r-riġlejn tal-ewwel u tat-tieni wieħed li kienu msallbin miegħu. 33Iżda meta waslu għal Ġesù, billi raw li kien ġa mejjet, ma kisrulux riġlejh. 34Madankollu wieħed mis-suldati nifidlu ġenbu b’lanza, u minnufih ħareġ demm u ilma. 35Dan qiegħed jixhdu min ra b’għajnejh, u x-xhieda tiegħu hija minnha. Hu jaf li qiegħed jgħid il-verità, biex intom ukoll temmnu. 36Għax dan ġara biex isseħħ l-Iskrittura li tgħid,
‘Ebda waħda minn għadmu ma jkissrulu.’
37U hemm ukoll kitba oħra fl-Iskrittura li tgħid,
‘Huma għad iħarsu lejn min nifdu.’
Id-difna ta’ Ġesù
38Wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu ta’ Ġesù bil-moħbi għax kien jibża’ mil-Lhud, mar u talab lil Pilatu biex jieħu l-ġisem ta’ Ġesù. Pilatu ħallieh, u hu ġie u ħa l-ġisem tiegħu. 39Ġie wkoll Nikodemu, dak li qabel kien mar għand Ġesù billejl, u ġieb miegħu taħlita ta’ morr u sabbara, tiżen xi mitt libbra. 40Dawn it-tnejn ħadu l-ġisem ta’ Ġesù u kebbewh bil-faxex tal-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna. 41Fejn kienu sallbu lil Ġesù kien hemm ġnien, u f’dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kienu għadhom ma difnu lil ħadd. 42Hemm qiegħdu lil Ġesù, għax kien Jum it-Tħejjija għal-Lhud, u għax il-qabar kien fil-qrib.
Nitolbu
Għażiż Alla, illum naħsbu dwar Ġesù fil-qabar. Iżda ma għandix għalfejn inkunu mdejqa, għax nafu li Ġesù qam mill-mewt. Għinna Mulej biex nemmnu fil-qawmien mill-mewt. Ammen.
Ngħixu
Illum insumu mill-ħelu u nagħtu l-flus għall-karità. Insumu wkoll minn ħin quddiem il-computer, tablets u television, minflok naqraw ġrajjiet dwar Ġesù.
Attività