Kemm hu sabiħ Ġesù f’kull ma jgħid u jagħmel! Il-messaġġ tiegħu huwa ċar u sempliċi ħafna. Alla se jiġġudikana fuq l-imħabba u s-servizz tagħna lejn l-oħrajn. Hu jgħidilna li dak li nagħmlu mal-oħrajn nkunu qed nagħmluh miegħu stess. Huwa jinsab fil-foqra, fil-morda, fil-ħabsin u ankè fil-barranin. Kemm naħsbu f’ Ġesù meta niltaqgħu jew naraw lil dawn in-nies? Kemm inkun hemm għal min jinsab bil- ġuħ u l-għatx, għall-immigranti u dawk bla dar? Kemm inkun għal dawk li jinsabu waħedhom, għal dawk li qed jsofru mill-bulliżmu, għall-morda, għall-priġunieri u l-familji tagħhom biex jsibu fija min jilqagħhom u jgħinhom? F’ħajti hemm biss spazju għalija nnifsi u ma fadallix post f’ qalbi, f’moħħi u fil-ġurnata tiegħi biex nħobb u naqdi lil dawk li jinsabu fil-bżonn?
“..jien kont barrani u iltqajtni.” Qalilna Ġeù fil-parabbola (Mt 25 vers 35). Madwarna niltaqgħu ma’ ħafna barranin. Xi uħud huma immigranti, oħrajn nies u anke tfal li qatt ma ltqajna magħhom qabel. Il-barranin jistgħu jkunu wkoll nies li niltaqgħu magħhom imma qatt ma konna lesti li nilqawhom. Xi drabi jistà jkun li aħna stess nħossuna barranin. Ġesù ma jużax kliem ikkumplikat biex jurina kif nilqgħu lill-oħrajn, huwa jitkellem dwar li titma’, tisqi, tlibbes, tipproteġi, iżżur u tilqa’ lill-oħrajn b’ rispett u mħabba.
l-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Idejn Miftuħa Beraħ u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi tiftakar fl-ewwel ġurnata tal- iskola jew l-ewwel darba li mort biex tipprattika xi hobby. Ħassejtek qisek barrani? Żgur li ma inti ser tinsa qatt lil dik l-għalliema jew lil dak il-kowċ li laqgħek bil-ħlewwa u għen lit-tfal l-oħra biex jsiru jafuk u jilqgħuk.
Pawza ta’ 5 sekondi
Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi barranin li inti tista’ tilqa’. Jista’ jkun xi ħadd fl-iskola jew fejn toqgħod.
Pawza ta’ 5 sekondi
Weħħel l-idejn mall- karta t-twila fuq kull naħa. Ikteb l-ismijiet ta’ dawk li ħsibt fihom fuq il-mudell u waħħal il-karta mal-idejn. Wara li tgħaqqad flimkien l-idejn biex tifforma bħal tgħanniqa kbira, itlob lil Alla biex jgħinek tilqa’ lil kulħadd bi kliem u azzjonijiet twajba.
Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Insellmilkom tfal! Sa ma nerġgħu niltaqgħu.