Meta jasal xi mexxej politiku ħafna drabi n-nies jilqgħuh bil-brijju u ċ-ċapċip għaliex jafdaw li huwa jinteressah minnhom. Meta Ġesù kien fi triqtu lejn Ġerusalemm, il-folla rat fih mexxej kbir u sultan li seta’ jwassalhom biex jgħixu ħajja aħjar.
- Ħu ftit ħin biex taħseb f’aġġettivi li bihom tista’ tiddeskrivi lil Alla tiegħek bħal Twajjeb, Ħanin, Sultan etc.
- Fuq il-karti l-ħodor agħmel il-forma ta’ idejk biex meta taqta’ madwarhom tkun tista’ tużhom bħala weraq.
- Wara li tikteb jew tpinġi fuq dawn il-weraq l-aġġettivi li jiddeskrivu lil Alla, weħħel dawn l-idejn fuq l-istikka tal-popsicle.
- Agħlaq għajnejk u waqt li titlob faħħar u adura lil Alla waqt li taħseb fl-aġġettivi li għażilt biex tiddeskrivih, eżempju; Nafda fik O Alla għaliex int Alla twajjeb u ħanin.