Ikklikkja l-maws

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nużaw it-teknoloġika tajjeb

Hello tfal,

Kemm -il darba tuża l-komputer, laptop jew mowbajl f’ġurnata? 

It-teknoloġija tal-komunikazzjoni tal-informazzjoni jew l-ICT hija importanti ħafna f’ħajjitna għax tgħinna nsaħħu n-network soċjali tagħna. Tgħinna wkoll intejbu u nżommu ruħna aġġornati mal-informazzjoni. Meta tuża xi pjattaforma diġitali, huwa importanti li tkun taf tipproteġi lilek innifsek u lill-oħrajn minn kull forma ta’ cyberbullying. Tajjeb ukoll li nkunu konxji kif id-dinja diġitali u teknoloġika tista’ tinfluwenza l-ħsieb u l-imġieba tagħna sabiex nużaw din l-għodda indispensabbli biex ngħinu lilna nfusna u lill-oħrajn.

Dan l-ispazju ta’ talb jismu Ikklikkja l-Maws

Ikollok bżonn:

  • Maws 
  • Karta vojta
  • Lapes jew pinna

Istruzzjonijiet:

  • Irrilassa u ħu n-nifs ‘il ġewwa u ‘l barra.
  • Ħu karta vojta u pinġi l-apparat teknoloġiku li tuża kuljum (mowbajl, komputer, laptop eċċ.)
  • Ikklikkja fuq il-maws u aħseb kif tgħinek l-ICT fil-ħajja. Ikteb jew aħseb fil-modi kif l-ICT tgħinek tikkomunika, tgħin lill-oħrajn u titgħallem. Jekk tixtieq, ikteb jew għid talba fuq dan.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.