Ikla iżgħar għall-qalb ikbar

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għal kull min hu nieqes mill-bżonnijiet ta’ kuljum

Ġieli kont qed tara it-televixin u ġew quddiemek filmati juru tfal bħalek, imma li huma neqsin mill-ikel u jsofru l-ġuħ? Jew ġieli smajt stejjer ta’ tfal li jixtiequ jmorru l-iskola imma minħabba nuqqas ta’ flus ma jistgħux? Għal Jum il-Karità ser inkunu qegħdin niċċaħdu ftit matul il-ġimgħa u mill-ħafna li għandna, ngħinu lill-oħrajn. 

  • Aqsam il-karta minn nofs, imbagħad agħmel seba’ linji mimdudin. Ikteb is-seba’ ġranet tal-ġimgħa fuq ix-xellug u weħħel l-karta x’imkien fejn tara l-familja kollha. 
  • Spjega lill-familja li matul l-ġimgħa kulħadd għandu jiċċaħħad minn xi ħaġa tal-ikel, bħal deżerta, jew tieklu iżjed sempliċi mis-soltu, jew xi ċikkulata inqas. 
  • Ma’ kull jum li jgħaddi mmarka l-jum u poġġu l-flus li tkunu frankajtu f’bott jew karus. Fl-aħħar tal-ġimgħa bħala familja għoddu l-flus u iġbruhom ġewwa envelop biex jingħataw f’Jum il-Missjoni. 
  • Matul din il-ġimgħa, ta’ kuljum, għid talba għal kull min hu nieqes mill-bżonnijiet ta’ kuljum u itlob għan-nies madwar id-dinja biex niftħu iżjed qalbna għall-bżonnijiet ta’ xulxin.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.