Il-ħlewwa tal-frott tfakkarna fl-Ispirtu s-Santu li jaffettwa lil ħajjitna permezz ta’ kwalitajiet sbieħ bħalma huma l-paċenzja, l-imħabba, il-ferħ, il-paċi, it-tjubija, il-ġenerożità, il-fedeltà u l-kontroll fuqna nfusna.
Ħu kontenitur u imlieh bi ftit frott.
Aħseb fuq liema kwalità tixtieq li jkollok iktar minnha u itlob ’l Ispirtu s-Santu biex igħinek tgħix iktar din il-kwalità waqt li tiekol il-frott.
Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.