Hello tfal,
Ħafna minna, wara xi ikla tajba, nieħdu gost induqu xi frotta ħelwa bħala deżerta! Apparti li fih togħma tajba, il-frott fih ukoll ħafna vitamini. Dan ifakkarna fl-Ispirtu s-Santu li naraw l-effetti Tiegħu f’ħajjitna għax jagħtina l-entużjażmu u s-saħħa. Jagħtina wkoll kwalitajiet sbieħ bħalma huma l-paċenzja, l-imħabba, il-ferħ, il-paċi, it-tjubija, il-ġenerożita’, il-fedelta’ u l-kontroll fuqna nfusna.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu l-Frott tal-Ispirtu.
Għandek bżonn:
- Kontenitur bil-frott frisk
- Poster numru 1 – Il-Frott tal-Ispirtu
- Platt jew kontenitur tal-plastic, mgħarfa,sikkina tal-plastic u chopping board
Istruzzjonijiet:
- Agħżel il-frott li tħobb, qattgħu u poġġi l-insalata tal-frott fil-kontenitur.
- Irringrazzja ’l Alla ta’ dak kollu li hu tajjeb u pożittiv f’ħajtek bħal pereżempju persuni li jħobbuk, is-saħħa, il-ħbieb jew familja eċċ. Tista tikteb jew tpinġi din it-talba jekk tixtieq.
- Ħares lejn il-poster numru 1 u aqra l-virtujiet li huma l-frott tal-Ispirtu fina.
- Aħseb fuq liema kwalita’ tixtieq li jkollok iktar minna u itlob ‘l Ispirtu S-Santu biex igħinek tgħix iktar din il-virtu’ (eż. itlob għal iktar paċenzja waqt it-taħbit tal-ħajja).
- Irringrazzja ’l Ispirtu S-Santu tal-preżenza tiegħu f’ħajtek
- filwaqt li tieħu gost tiekol l-insalata tal-frott.