Ħelow Tfal!
Għalkemm pajjiż żgħir, Malta għandu storja u anke drawwiet antiki. Ġie li smajtu lin-nanniet jew xi lil anzjani jsemmu ‘L-Ħanżira tal-Erwieħ?’ Aħna l-Maltin nħobbu ngħinu lil min hu fil-bżonn, kemm għajnuna materjali kif ukoll spiritwali. Permezz tal-’Ħanżira tal-Erwieħ’, il-Maltin, fl-antik, kienu jiftakru fl-erwieħ tal-purgatorju permezz tat-talb u l-karità.
Ftit ġimgħat qabel l-1 ta’ Novembru, l-iktar persuna sinjura fil-belt jew raħal kienet tixtri ħanżira. Imbagħad kienu jdendlulha qanpiena m’għonqha u jħalluha tiġri fit-toroq. In-nies li kienu jisimgħu l-qanpiena, jiġifieri li għaddejja l-’Ħanżira tal-Erwieħ’, kulħadd kien jitmagħha xi ħaġa. Meta tismen, u dak li kien jieħu ħsieb jara li għalqet sena, kien jeħodha ġo razzett u joqtolha biex jsajruha. Imbagħad kien jinbiegħ il-laħam tagħha. ll-flus li jinġabru mill-bejgh tagħha nofsu kien jintuża biex isir quddies biex jitolbu għall-erwieħ tal-purgatorju u n-nofs l-ieħor jingħata karita’ lill-fqar.
Il-Prayer Space tal-lum jisimha:
Il-Ħanżira tal-Erwieħ
Ejjew nisimgħu flimkien din l-għanja li jisimgħa l-Ħanżira tal-Erwieħ.
Għal din il-Prayer Space għandna bżonn:
Pinġi l-ħanżira u waqt li qed tpinġi ftakar f’xi ħadd li m’għadux magħna . Waħħal il-ħanżira fuq il-karta ikkulurita. Madwar il-ħanżira ikteb modi differenti ta’ kif tista’ tagħmel karità.
Itlob din it-talba għall-Erwieħ tal-Purgatorju: Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqhom, jistrieħu fil-paċi. Ammen.
Agħti xi ikel karità lil xi istitut tat-tfal, refuġjati, nies b’diżabbilità jew xi dar tal-anzjani.
Saħħa tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu