F’April 2022 Papa Franġisku żar il-Gżejjer Maltin u qalilna: “Il-Ħniena: il-pont li jgħaqqad l-Alla mal-bniedem, tiftħilna qalbna għat-tama li nkunu maħbuba anke jekk nidinbu.”
- Sib rokna barra għall-kwiet.
- Ħares lejn is-sema u aħseb f’mod kif tista’ turi ħniena lill-oħrajn.
- Fuq karta pinġi sħaba (jew tista’ tuża’ l-mudell provdut). Fiha ikteb l-atti ta’ mħabba li tixtieq tagħmel matul din il-ġimgħa.
- Poġġi l-isħaba ġo vażett.
- Irrifletti ta’ spiss fil-ħniena li Alla juri miegħek.