Hello tfal, kif intom?
Mattew li kien wieħed mill-ħbieb ta’ Ġesù, fil-Vanġelu tiegħu jgħidilna li wara li Ġesù qam mill-imwiet, huwa qal lid-dixxipli tiegħu biex jgħallmu lil kulħadd dak li kien għallimhom Hu. Jgħammdu lin-nies, ifejqu lil min hu marid, jaħfru d-dnubiet, jitimgħu lil min hu bil-ġuħ u jieħdu ħsieb il-foqra.
Il-prayer space li ser nagħmlu flimkien jisimha Il-Missjoni l-Kbira, u ser naraw x’missjoni nistgħu nagħmlu aħna biex nagħmlu d-dinja aħjar.
Għal din il-prayer space għandna bżonn
Aħseb ftit dwar dawk l-affarijiet li l-bniedem fid-dinja ma jagħmilx sew. Bħall-ġlied jew nuqqas ta’ ftehim bejn wħud mill-pajjiżi, inġustizzji, persuni li m’għandhomx dar fejn joqogħdu, nies li kuljum ibatu l-ġuħ, il-qerda tal-ambjent u tal-ispeċi u tant affarijiet oħra.
Ħu post-it note u ikteb fuqha dik il- ħaġa li tista’ tagħmel inti biex id-dinja ssir post aħjar.
Issa waħħal din il-post-it note mal-mappa tad-dinja.
Wara ser nagħlqu ftit għajnejna u nitolbu l’ Alla jgħinna inkunu bħal ħbieb u d-dixxipli ta’ Ġesu u naħdmu għall-dinja aħjar.
Kull meta nħarsu lejn din il-post it note ser niftakru li bħala ħbieb u dixxipli ta’ Ġesù mistiedna morru fuq din il-Missjoni Kbira li fiha rridu nwasslu l-Imħabba Kbira li Alla għandu lejn id-Dinja u kulma jgħix fiha, b dak kollu li naħsbu, ngħidu u nagħmlu.
Ċaw tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu!