Ħelow Tfal!
Fil-15 t’Awwissu, il-Maltin jiftakru fi grupp ta’ vapuri li jgħidulhom Konvoj li, fit-Tieni Gwerra Dinjija, irnexxielhom jidħlu fil-Port il-Kbir ta’ Malta mingħajr ma jegħrqu. Il-baħrin, is-suldati u l-membri tal-ekwipaġġ ta’ dan il-konvoj, wasslu l-ikel u bżonnijiet oħra importanti lill-Maltin li kien mejtin bil-ġuħ u bbumbardjati mill-għadu. Illum ukoll hemm bosta pajjiżi fejn hemm il-gwerra. Hemm ukoll ħafna tobba, suldati u voluntiera li jgħinu pajjiżi fejn hemm il-gwerra.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu Il-Konvoj li Salvana, ikollok bżonn: