L-għan ta’ “Katekiżmu bl-istampi” hu li tgħin lit-tfal jitgħallmu talb bażiku u t-tifsira reliġjuża ta’ dan it-talb permezz tal-istampi, tar-repetizzjoni u b’attivatijiet li jagħtu gost. 

L-għan hu li jitgħallmu:
● jgħidu l-aktar talb importanti;
● li jassoċċjaw it-talb mal-ħajja ta’ kuljum u mal-Iskrittura
● li jifhmu kunċetti bażiċi tal-fidi permezz tal-istampi jew tal-“ikoni”. 

Ir-riżorsi jinkludu:  
● Vidjow li jwieġeb mistoqsijiet komuni;
● Flashcards għall-printing u lamination; 
● Kwiżż, karti ta’ ħidma u logħob għal tfal t’etajiet u abbiltajiet differenti.

Hu inkoraġġit li t-tfal jużaw dawn ir-riżorsi fl-ordni suġġerita:
● il-ġenitur jew il-katekist għandu l-ewwel jiġbed l-attenzjoni tat-tfal bil-vidjow;  
● it-tfal għandhom jingħataw il-flashcards biex jitgħallmu jirrepetu t-talba;  
● l-attivitajiet imbagħad għandhom ikunu t’għajnuna għal għarfien akbar skont l-etajiet u l-abbiltajiet differenti tat-tfal. 

Permezz tal-vidjow…

● It-tfal jiltaqgħu ma’ talb bażiku u ma’ spjegazzjoni dwar l-importanza tat-talba partikolari għall-fidi Nisranija; 
● It-tfal jitgħallmu aspetti differenti tal-fidi permezz ta’ kull talba;
● It-tfal jitgħallmu jiftakru t-talba u t-tifsira tal-talba permezz ta’ kliem, stampi u sinjali; 
● Il-ġenitur u l-katekist jista’ jwaqqaf il-vidjow meta jrid biex jagħti ċans għal xi mistoqsijiet mit-tfal. 

Flashcards 

● It-tfal jistgħu jagħmlu użu mill-flashcards mis-sit stess;
● Il-flashcards jistgħu jiġu mniżżla, printjati u miksija bil-plastik biex it-tfal ikunu jistgħu jilagħbu bihom.  

Dan hu suġġerit biex it-tfal jiftakru t-talb mingħajr ma jiddejqu.

Attivitajiet oħra

Kwiżż, karti ta’ ħidma u tpinġijiet jistgħu jiġu mniżżla separatament (ideali għall-ġenituri) jew bħala sett sħiħ (ideali għall-katekisti). Dawn jinkludu: 

● Kwiżż interattiv; 
● Imla l-vojt;
● Poġġi fl-ordni; 
● Solvi t-tisliba;  
● Qabbel l-istampi;
● Sib il-kelma; 
● Pinġi l-istampa.


Fi kliem ieħor, hemm xi ħaġa għat-tfal kollha, anke għall-aktar żgħar. Il-ġenitur u l-katekist jista’ jadatta skont l-istil u l-bżonn tat-tfal.