Ħelow tfal!
Qatt sibt ruħek fuq xi missjoni importanti ħafna, bħal li tmur tixtri xi ħaġa neċessarja mis-super market ta’ malajr biex hekk ommok tkun tista’ tkompli tlesti l-ikel għal kulħadd?
Illum ser nitkellmu dwar missjoni kbira ħafna. Din l-Missjoni Kbira, Ġesu kien ta’ lid-dixxipli tiegħu u issa qed jafdha f’idejna wkoll. Huwa jridna nħeġġu lill-oħrajn biex huma wkoll jkollhom fidi fih, isegwu it-tagħlim u l-eżempju tiegħu u jitgħammdu!
Aħna ma aħniex weħidna f’din il-missjoni kbira. Magħna għandna l-qawwa tat-Trinità Qaddisa – magħna hemm Alla l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha – Il-Missjoni l-Kbira u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi tieħu ftit ħin biex taħseb dwar:
Tkellem ma’ Alla billi tikteb jew tpinġi l-ħsibijiet tiegħek fuq il-post-it note u twaħħal din il-post-it note mal-mappa jew il-globu tad-dinja.
Pawza miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.