Naqraw

Mattew 13, 33  

33Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit ħmira li waħda mara tkun qabdet u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa ma tkun għoliet l-għaġna kollha.”

Nitolbu

Għażiż Alla, meta aħna naċċettaw lil Ġesù, il-grazzja tiegħu tikber fina. Meta nżommu lil Ġesù f’qalbna ninbidlu minn ġewwa għal barra. Bħalma l-ħmira tgħin lill-għaġina tikber, hekk ukoll Ġesù jgħin lill-qalbna tikber bl-imħabba. Ammen. 

Ngħixu

Il-ħmira hija dik li tagħti l-forma lill-ħobż. Aħna nkunu ffurmati fost oħrajn, minn dawk ta’ madwarna, mill-esperjenzi li ngħaddu minnhom, b’dak li naqraw, naraw u nitgħallmu.  

Aħna rridu li nsiru nixbħu aktar lil Ġesù. Għalhekk biex inkunu ffurmati bħal Ġesù, irridu ngħaddu aktar ħin miegħu.   

Illum insumu mill-gadgets u tablets u mmorru l-quddies, naqraw il-Bibbja jew naraw xi storja dwar Ġesù. Nistgħu wkoll nitolbu t-Triq tas-Salib )  

Attività