Naqraw
Mattew 13, 24-30
24Ġabilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. 25Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. 26Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. 27Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu, ‘Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn ġiet?’ 28Iżda hu qalilhom, ‘Dil-biċċa għamilhieli xi għadu tiegħi.’ ‘Tridx immorru niġbruha?’ qalulu l-qaddejja. 29‘Le,’ qalilhom, ‘għax intom u tiġbru s-sikrana għandkom mnejn taqilgħu magħha l-qamħ ukoll. 30Erħulhom jikbru t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid lill-ħassada: ‘Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi.’ ”
Nitolbu
Għażiż Alla, għinna biex inkunu ta’ għajnuna lil dawk fil-bżonn. Għinni biex inkun ħabib/a ta’ vera, anke ma’ dawk li ma tantx naqbel magħhom. Ammen.
Ngħixu
Iż-żerriegħa u s-sikrana kibru flimkien. It-tnejn kellhom bżonn l-ilma biex jikbru. Aħna wkoll għandna bżonn nixorbu biex inkunu b’saħħitna. Xi tħobb tixrob?
Illum insumu milli nixorbu juices jew soft drinks, u nixorbu ilma biss.
Attività