Ilma li jlellex

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' ringrazzjament lil Alla

Xi darba jew oħra f’ħajjitkom, żgur li ltqajtu ma xi persuna li tispirak u li tqisha bħala eroj tiegħek. Tista’ tkun membru tal-familja, xi għalliema jew xi persuni li kulħadd sar jaf bihom minħabba l-kuraġġ tagħhom. Aħna nammiraw lil dawn in-nies minħabba l-eżempju li jtuna b’mod li jsiru mudelli għalina ta’ kif għandna ngħixu u nġibu ruħna. Fil-knisja Kattolika għandna bosta qaddisin bħal pereżempju Bernardette Soubirous. Bernardette tgħallimna s-sbuħija tal-umilta’. Tkun umli tfisser li tapprezza l-kwalitajiet sbieħ, l-abbiltajiet u t-talenti tiegħek u tal-oħrajn u li tużahom għall-ġid tal-oħrajn anki meta dan ma jkunx faċli.

Dan l-ispazju ta’ talb jismu Umilta’ Tlellex

Ikollok bżonn:

  • Karti vojta
  • Bowl bl-ilma
  • glitter

Istruzzjonijiet:

  • Fuq il-karta vojta ikteb jew pinġi l-kwalitajiet sbieħ, talenti jew abbiltajiet tiegħek. Forsi inti tajba biex tieħu ħsieb it-tfal iż-żgħar jew taf tisma’ lil ħaddieħor jew tħobb tgħin lill-oħrajn.
  • Kull darba li taħseb fi kwalita’ sabiha, talent jew abbilita’ fik, xerred ftit glitter fil-bowl tal-ilma. Tista’ wkoll tpoġġi l-glitter jekk taħseb fi kwalita’ sabiħa f’xi ħadd li tammira.
  • Ikteb jew pinġi talba biex tgħid grazzi lilek innifsek u itlob biex dejjem tagħraf tuża t-talenti tiegħek għall-ġid tal-oħrajn anki meta jkun diffiċli li tagħmel dan.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.