Nhar it-23 ta’ Settembru taħbat il-ġurnata internazzjonali għal-lingwa tas-sinjali fil-waqt li fis-26 ta’ Settembru hija l-ġurnata Ewropeja tal-lingwi. Dawn il-jumejn jiċċelebraw modi differenti ta’ kif nikkomunikaw, niddiskutu u niddjalogaw ma’ dawk ta’ madwarna, u għalhekk nikbru ukoll. Għalkemm b’lingwi differenti aħna xorta aħwa ta’ xulxin u għalhekk familja waħda.