Imħabba ta’ veru

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-imħabba dan l-Avvent

Ir-raba’ Ħadd tal-Avvent huwa identifikat mat-tema tal-imħabba li mhix sempliċiment xi ħaġa li tħoss imma azzjoni, maħsuba għall-ġid tal-ieħor. Bħalm’ Alla ħabbna meta bagħat lil Ġesù fostna, aħna nistgħu naqsmu din l-imħabba ma’ ta’ madwarna.

  • Filwaqt li taħseb f’xi azzjoni partikolari ta’ mħabba li rċevejt, ixgħel ir-raba’ xemgħa. 
  • Ħu qalb tal-karti u fuqha ikteb modi kif tista’ tkun ta’ ġid għal xi persuni speċifiċi li għandek f’moħħok.  
  • Poġġi din il-qalb ħdejn il-maxtura ta’ Ġesù.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.