Ħelow tfal!
Qatt kont f’xi ħanut kbir u bqajt tħares lejn xi ħaġa u intlift? Minn jaf kif ħassejtek x’ħin indunajt li qiegħed jew qegħda waħdek? U min jaf kemm inkwetaw għalik dawk li kienu qed jieħdu ħsiebek u bdew jagħjtulek. U min jaf kif għaraft il-vuċi tagħhom u ndunajt li ġejjin għalik kemm ħadt gost!
Xi drabi fil-ħajja jiġrilna li nibdew nagħtu l-attenzjoni lill-affarijiet li jogħġbuna iktar milli nagħżlu dak li hu l-aħjar għalina u b’hekk nintilfu minn ma’ Alla. Ġesù jgħidlna li bħalma n-nagħaġ jagħrfu lir-ragħaj tagħhom hekk aħna wkoll nagħrfu lir-ragħaj tagħna Ġesù.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma’ dawk li jgħixu magħna jisimha In-Nagħġa li tisma’ u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi taħseb meta kont mitluf/a u għaraft li Ġesù qed jsejjaħlek biex terġa’ timxi warajh u tagħmel it-tajjeb. Ġesù jsejjħilna permezz ta’ ħbieb tajba, permezz ta min jieħu ħsiebna u anke f’qalbna.
Pawza ta’ 5 sekondi
Ħu karta b’ forma ta’ nagħġa, ikteb isemek fuqha u qasqas madwarha. Tinsiex tqasqas żewġ ċrieki fejn tkun tista’ daħħal is-subgħajk.
Waqt li daħħal subgħajk fil-puppet tan-nagħġa itlob lil Alla jgħinek tisma’ l-leħen tiegħu u timxi warajh.
Pawza ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.
Azzjonijiet li jridu jinġibdu fi Klipp: