Naqraw
Luqa 15, 4-7
4“Min hu dak fostkom li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, u ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fid-deżert biex imur wara l-mitlufa sa ma jsibha?5U meta jsibha, jifraħ biha u jerfagħha fuq spallejh, 6imur id-dar, isejjaħ għandu lil ħbiebu u l-ġirien, u jgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li kienet intilfitli.’ 7Ngħidilkom li l-istess jiġri fis-smewwiet: ikun hemm aktar ferħ għal midneb wieħed li jindem milli għal disgħa u disgħin bniedem tajjeb li ma kellux bżonn ta’ ndiema.
Nitolbu
Għażiż Ġesù, inti r-Ragħaj it-Tajjeb. Grazzi li tiġi ssalvana meta nintilfu jew inkunu f’xi diffikultà. Ammen.
Ngħixu
Meta r-ragħaj sab lin-nagħġa, hu kien ferħan ħafna. Anke l-mara ferħet meta sabet il-munita li kienet tilfet.
Illum agħmel dak li jistaqsuk tagħmel, mal-ewwel. B’dan il-mod tagħmel lil dik il-persuna li staqsietek tagħmel xi ħaġa, ferħana.
Attività