Kultant nagħżlu li nilbsu l-headphones biex ma nisimgħux
l-istorbju li jkun hemm madwarna. Hekk nagħżlu li nieqfu fis-skiet. Xi nies jisimgħu lil Alla b’modi differenti IŻDA biex inkunu nistgħu nisimgħu rridu nieqfu u nsikktu lilna nfusna.
Ilbes il-headphones u gawdi s-skiet.
Waqt dan il-ħin, ara x’tista’ tiskopri fik innifsek.
Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.