Ħelow tfal!
Min jaf kemm-il darba fil-klassi l-għalliema qalet li ma nistgħux nitkellmu f’daqqa jekk rridu nisimgħu u nifmhu lil xulxin!
Jekk nixtiequ li nisimgħu lil Ġesù rridu nieqfu minn barra u imbgħad nisktu minn ġewwa aħna. B’hekk inkunu iktar lesti biex nisimgħuh.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha: Iskot u Isma’ u għaliha għandna bżonn:
Ibda billi tieħu nifs bil-mod, tieqaf u tfakkar lilek innifsek li biex tisma’ trid tieqaf u issikket lilek nnifsek.
Issa ilbes il-headphones u ħu gost gawdi isma’ s-skiet.
Waqt dan il-ħin, ara x’tista’ tiskopri fik innifsek.
Kompli billi toffri lil Alla dan il-ħin fis-skiet miegħu.
Pawza qasira miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.