Hello Tfal,
Aħseb f’xi persuna li tħobbok u hi qalbha tajba miegħek. Din il-persuna tifhmek, tiggwidak u tissapportjak. L-esperjenza tal-imħabba umana tgħinna nifhmu kemm hu tajjeb u perfett Alla. Naraw it-tjubija t’Alla fil-ħolqien tiegħu, f’dak kollu li hu tajjeb f’ħajjitna, fin-nies li jibgħatilna biex jgħinuna fil-problemi tagħna, fil-kura u l-protezzjoni t’Alla l-aktar waqt mumenti iebsin ta’ ħajjitna. Il-ħajja ta’ Ġesu’, il-ħniena, l-imħabba u l-maħfra Tiegħu jgħinuna nifhmu t-tjubija t’Alla.
Dan l-ispazju ta’ talb jismu It-Tjubija ta’ Alla u ser ikollok bżonn: