Naqraw
Mattew 26, 14-25
14Dan l-Evanġelju tas-Saltna jixxandar fid-dinja kollha, biex il-ġnus kollha jkollhom xhieda. Imbagħad jiġi t-tmiem.
15“Meta mbagħad taraw il-profanazzjoni u l-ħerba fit-tempju li fuqhom tkellem il-profeta Danjel – ħa jifhem min jaqra! – 16ħa jaħarbu mbagħad lejn l-għoljiet dawk li jkunu fil-Lhudija; 17u min ikun fuq il-bejt, ara li ma jinżilx jieħu xi ħaġa mid-dar, 18anqas min ikun fir-raba’ ma għandu jerġa’ lura biex jieħu l-mantar tiegħu. 19Jaħasra għalihom in-nisa li f’dawk il-jiem ikunu tqal jew ireddgħu! 20Itolbu li l-ħarba tagħkom ma tiġrix fix-xitwa jew nhar ta’ Sibt. 21Għax imbagħad ikun hawn diqa kbira li mill-bidu tad-dinja sa issa għadu qatt ma kien hawn bħalha u anqas ikun hawn. 22U kieku dawk il-jiem ma tqassrux, l-ebda bniedem ma kien isalva. Iżda minħabba l-maħturin dawk il-jiem tqassru. 23Imbagħad, jekk xi ħadd jgħidilkom, ‘Ara, hawn hu l-Messija,’ jew, ‘Hemm,’ la temmnuhx. 24Għax għad iqumu ħafna messijiet foloz u profeti foloz, u jibdew jagħmlu sinjali kbar u għeġubijiet biex iqarrqu, jekk jista’ jkun, imqar bil-maħturin. 25Ara, għedtulkom minn qabel.
Nitolbu
Ġesù, inti taf xi tfisser li xi ħadd jittradik. Għinni, biex bħalek jiena naħfer lil dawk li jweġġgħuni. Għinni biex inkun ta’ għajnuna għal dawk li huma mweġġa’. Ammen.
Ngħixu
Illum insumu mit-tgergir u nagħmlu dak li jistaqsuna nagħmlu, mal-ewwel. Jekk inkunu fi queue, inħallu lil xi ħadd jinqegħda qabilna.
Attività