Ittra ta’ mħabba

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nuru l-imħabba lejn Alla

M’hemmx isbaħ milli tirċievi ittra mingħand xi ħadd li tħobb! Żgur li xi ħadd qalilna dejjem nibqgħu nitgħallmu kemm Alla jħobbna! Niftakru dejjem li l-imħabba mhix biss emozzjoni, iżda deċiżjoni li nuruha f’ dak li naħsbu, f’dak li nixtiequ, f’dak li ngħidu u b’dak nagħmlu. 

  • Ħu ftit ħin u aħseb b’liema modi tista’ twieġeb lil Alla għal din l-imħabba kbira li għandu għalik. 
  • Issa, tista’ turi l-imħabba li inti għandek lejn Alla billi taqbad il-karta u tiktiblu ittra jew poeżija, jew tpinġlu stampa sabiħa fuq waħda mill-karti b’ forma ta’ ittra.
  • Meta tlesti, itwi l-karta, u waqt li żżomm l-ittra f’idejk kompli kkomunika m’Alla dwar l-imħabba tiegħu għalik, billi twiegħdu  li se tkompli turih li tħobbu permezz ta’ dak kollu li taħseb, tixtieq, tgħid u tagħmel ta’ kuljum. 

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.