Jiddispjaċini

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex ngħid li jiddispjaċini

Xi kultant ngħidu u nagħmlu affarijiet li bihom inweġġgħu persuni oħra u wara jiddispjaċina. B’ħarsitna lejn is-salib nitolbu maħfra għan-nuqqasijiet tagħna.

  • Aħseb dwar xi ħaġa li tixtieq turi d-dispjaċir tiegħek
  • Ikteb jew pinġi talba ta’ dispjaċir fuq is-salib.
  • Wara, tista’ wkoll tgħid lil dik il-persuna li jiddispjaċik.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.