Jiddispjeċini

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' ringrazzjament lil Alla

Qatt għedt xi kliem li jweġġa’ jew kont inġust ma’ xi ħadd? Qatt għedt jew għamilt xi ħaġa li biha weġġgħajt ħafna lil xi ħadd? Kultant inweġġgħu lil ħaddieħor bi kliemna jew bl-azzjonijiet tagħna u għalhekk hu importanti li nuru li jiddispjeċina u li nammettu li għamilna ħażin. Importanti wkoll li nitolbu skuża u nippruva inpattu għall-ħsara li għamilna billi nsiru persuni li nħobbu u nagħtu każ iktar lil ħaddieħor. 

Dan l-ispazju ta’ talb jismu Jiddispjeċini- Whiteboards.

Ikollok bżonn:
Board markers, whiteboards

  • Aħseb dwar dik il-ħaġa li għidt jew għamilt u issa qed jiddispjaċik li għidtha jew għamiltha.
  • Iktibha fuq il-bord u ħassarha.
  • Wara, tista’ wkoll tgħid lil dik il-persuna li jiddispjaċik.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.