Jigsaw ta’ talb

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-paċi

Meta naraw il-ġlied madwarna nħossu d-dwejjaq.  Sfortunatament in-nies aktar jiġġieldu malajr milli jirranġaw u jagħmlu paċi.  

Taf b’xi ħadd fil-familja tiegħek, fost il-ħbieb tiegħek jew fil-klassi tiegħek li ġġieled ma’ xi ħaddieħor jew miegħek?

  • Sib żewġ biċċiet ta’ jigsaw li jaqblu flimkien u pinġi lil dawn il-persuni fuqhom. (Tiktibx ismijiet)
  • Waqt li tgħaqqadhom flimkien għid talba lil Alla biex kulħadd jerġa’ jgħix fil-paċi.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.