Naqraw
Luqa 2, 1-7
1F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. 2Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. 3U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. 4Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – 5biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. 6Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, 7u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.
Nitolbu
Għażiż Alla, bit-twelid ta’ Ġesù, id-dawl tiegħek beda jiddi permezz tiegħu. Agħmel li id-dawl tiegħu jiddi minni, speċjalment f’dak li nagħmel u ngħid matul ir-Randan. Ammen.
Ngħixu
Lill-Bambin Ġesù poġġewh f’maxtura. Taħsbu li ħass il-bard? Aħna ġieli ngergru għax inħossu l-bard jew is-sħana? Ingergru meta nkunu bil-ġuħ jew meta ma jogħġobniex l-ikel li jkollna quddiemna?
Illum se nsumu mit-tgergir u niftakru ngħidu grazzi ta’ dak kollu li nirċievu.
Attività