Ħelow Tfal!
Qatt kellkom xi esperjenza meta ltqajtu ma’ xi ħadd li għandu rwol importanti, xi tip ta’ tmexxija f’idejh? Minjaf kemm kien mument sabiħ u kemm ħassejtukom importanti! Sant’Injazju ta’ Antijokja, li fis-17 t’Ottubru tiġi ċċelebrata l-festa tiegħu fil-knisja tal-punent, kien arċisqof ta’ Antijokja, belt fis-Sirja. Illum minflok Antijokja nsibu it-Turkija. Meta kien qed jieħu ħsieb u jmexxi il-poplu t’Alla f’Antijokja, Sant’Injazju bata ħafna biex iwassal lil Ġesù u il-kelma tiegħu. Illum dan huwa l-irwol tal-Arċisqof u ta’ mexxejja oħra, li fuq il-passi tal-appostli iwassal lil Ġesù u l-valuri tiegħu anke jekk ħaddieħor ma jaqbilx magħhom.
Il-prayer space tal-lum jisimha: Kabbar il-Pjanta. Għaliha għandna bżonn:
Iżra’ l-pjanta billi titfa’ l-ħamrija fil-qasrija, tpoġġi l-pjanta fil-ħamrija, u żżid ftit ħamrija oħra. Waqt li qed ssaqqi l-pjanta, aħseb fl-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, s-saċerdoti jew mexxejja oħra fil-Knisja li qegħdin jgħinuna nsiru bnedmin aħjar.
Jekk tixtieq, fuq karta kkulurita ikteb “Kabbar il-pjanta” u waħħalha mal-qasrija. Poġġi l-qasrija f’post fejn tarha spiss u kompli itlob għall-isqfijiet u l-mexxejja spiritwali tagħna.
Saħħa tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.