Kontra l-kurrent

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta’ filgħaxija

Darba Ġesù ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor.   Meta kienu f’nofs ta’ baħar id-dgħajsa bdiet titħabat ħafna mal-mewġ għaliex ir-riħ kien kontra tagħhom.  

Id-dgħajsa tirrapreżenta lill-Knisja u allura lilna lkoll.  Ħafna drabi jiġri, li meta nagħmlu dak li jitlob minna Ġesù, bħad-dixxipli nsibu ruħna naqdfu kontra l-kurrent. Mhux faċli tmur kontra dak li jaqbel miegħu kważi kulħadd, kontra dak li jkun jidher eħfef, isbaħ u li jaqbillek.  

Ġesù huwa magħna l-ħin kollu speċjalment f’ mumenti diffiċli bħal dawn u meta bħad-dixxipli ma nagħrfuhx lilna wkoll  jgħidlna:

 “Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” 

Il- prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Kontra L-Kurrent –  u għaliha għandna bżonn:

  • Madwar, tlett (3) strixxi tal-kartonċin qies ta’ madwar 2cm  wiesa’ u 20 cm tul ta’ kulur blu
  • Karta b’ forma ta’ ritratt ta’ dagħjsa fil-maltemp (mill-qafas provdut) 
  • Glue Stick
  • Lapes jew Biro (turi l-lapes u l- karta)

Ħu ftit ħin biex taħseb dwar dak li qed jtellfek milli tagħmel it-tajjeb u milli tiltaqa’ ma’ Alla fit-talb.  Il- mewġ ta’ kontrik

jistgħu jkunu l-gideb, l-għażż jew eżempji ħżiena li rajt.

Pawza ta’ 5 sekondi 

Imbagħad fuq it-tlett strixxi tal-kartonċin blu ikteb dan il-mewġ li thoss kontrik u wara li

tirrombla dawn l-istrixxi tal- kartonċin weħħilhom bħala mewġ  fejn id-dgħajsa.

Issa ieqaf ftit u itlob lil Alla jgħinek tibqa’ sod kontra l- kurrent waqt li tkun qed

tagħmel tagħmel dak li jixtieq minnek.

Pawża ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb

Talba ta’ filgħaxija

Sinjur Alla,
jiena nħobbok ħafna b’qalbi kollha.
Grazzi talli ħlaqtni,
talli salvajtni bil-grazzja tiegħek
u talli ħadt ħsiebi matul din il-ġurnata.
Nitolbok tilqa’ minn għandi dak kollu tajjeb li għamilt illum
u nitolbok taħfirli kull ħaġa ħażina li stajt għamilt.
Nitolbok tħarisni matul da nil-lejl
u nitolbok biex il-grazzja tiegħek tkun miegħi dejjem.
Ammen.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.